INTERCEPT_logo_white_3

Il-konnessjoni ta’ NEETs żgħażagħ ma’ opportunitajiet ta’ xogħol fis-settur ekoloġiku.

INTERCEPT għandu l-għan li joħroġ il-potenzjal ta’ NEETs ta’ bejn il-25 u d-29 sena fis-settur ekoloġiku. Il-proġett se jwettaq riċerka dwar NEETS u kumpaniji ekoloġiċi, filwaqt li jidentifika l-bżonnijiet u l-opportunitajiet f’dan il-qasam: se jagħżel 300 NEET (nies li huma Barra mill-Edukazzjoni, mill-Impjieg jew mit-Taħriġ) fl-Italja, f’Malta u fil-Litwanja.

lina-trochez-ktPKyUs3Qjs-unsplash
midas-hofstra-tidSLv-UaNs-unsplash

Nagħtu s-setgħa għal futur ekoloġiku u sostenibbli!

Bla dubju, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum se tkun l-aktar affettwata mit-tibdil fil-klima globali. F’dan il-kuntest, l-użu ta’ investimenti f’ekonomija ekoloġikajista’ jgħin biex jiġi assigurat futur ġust u ekwu li jtejjeb il-ħajja tan-nies permezz tal-avvanz tal-benesseri ambjentali u soċjali. Is-sapport lejn NEETs sabiex jakkwistaw il-ħiliet u l-esperjenza tax-xogħol neċessarji biex jiksbu impjiegi fis-settur ekoloġiku huwa investiment bi dħul potenzjali għoli u b’għodda promettenti għall-inklużjoni soċjali.

Opportunitajiet

Il-proġett iwettaq riċerka dwar żgħażagħ li qed ifittxu impjieg u kumpaniji ekoloġiċi, u joffri perjodu ta’ taħriġ u internships imħallsa sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ impjieg fis-settur ekoloġiku.

Żgħażagħ li qed ifittxu xogħol

Jekk int żagħżugħ ta’ bejn il-25 u d-29 sena li qed tfittex xogħol u li int interessat li tibni karriera li tħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent, INTERCEPT joffrilek opportunità imprezzabbli.

Skopri aktar

Kumpaniji ekoloġiċi

Jekk taqa’ taħt il-kappa ta’ kumpanija ‘ekoloġika’, INTERCEPT isib, iħarreġ, iħallas u jintroduċilek l-aktar kandidati xierqa għal opportunitajiet ta’ internship!

Skopri aktar

Motivating mobilizing supporting NEETs green career pathway. Call: Unlocking Youth Potential Project No. 2020-1-0033 Lead partner: Jobsplus Duration: 29 months

www.eeagrants.org

RABTA UTLI

Il-proġett INTERCEPT jibbenefika minn għotja ta’ €2.18M mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein u min-Norveġja permezz tal-Fond ta’ Għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja għall-Impjieg taż-Żgħażagħ.