INTERCEPT għandu l-għan li joħroġ il-potenzjal taż-żgħażagħ fis-settur ekoloġiku.
Il-proġett qed iwettaq riċerka dwar NEETS (persuni Barra mill-Edukazzjoni, mill-Impjieg jew mit-Taħriġ) u dwar kumpaniji ekoloġiċi, filwaqt li qed jidentifika l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet f’dan il-qasam: se jagħżel 300 NEET ta’ bejn il-25 u d-29 sena fl-Italja, f’Malta u fil-Litwanja, li se jiġu mħarrġa u rreġistrati f’internships imħallsa ta’ tliet xhur f’negozji ekoloġiċi. Din hija esperjenza pilota u, għalhekk, l-effettività tagħha se tiġi ttestjata u evalwata lokalment. Fi tmiem il-proġett, l-informazzjoni kollha miġbura fit-tliet piloti lokali se tintuża biex jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet ta’ politika għall-Istituzzjonijiet Ewropej.
Il-kuntest tal-proġett INTERCEPT
Bla dubju, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum se tkun l-aktar affettwata mit-tibdil fil-klima globali. F’dan il-kuntest, l-użu ta’ investimenti f’ekonomija ekoloġika jista’ jgħin biex jiġi assigurat futur ġust u ekwu li jtejjeb il-ħajja tan-nies permezz tal-avvanz tal-benesseri ambjentali u soċjali. Sabiex jiġi assigurat li tali trasformazzjoni tkun inklużiva u sostenibbli, il-politika għandha toħloq soluzzjonijiet li jżidu wkoll il-parteċipazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, bħaż-żgħażagħ li huma Barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ (NEETs). Is-sapport lejn NEETs sabiex jakkwistaw il-ħiliet u l-esperjenza tax-xogħol neċessarji biex jiksbu impjiegi fis-settur ekoloġiku huwa investiment bi dħul potenzjali għoli u b’għodda promettenti għall-inklużjoni soċjali.